Nine-day Tour to the Holy Land
28 Feb 2014 - 09 Mar 2014


A 9-day tour to the Holy Land will be organised by Il-Ħaġar Museum and will be led by Mgr. Joseph Farrugia, the Museum Curator. For more information you can phone on 99829191 or 79058305.
The following is the full programme in Maltese.Il-Ħaġar Special Tours Disat ijiem fl-Art Imqaddsa u s-Sinajma’ Monsinjur Ġużeppi FarrugiaArċipriet ta’ San Ġorġ (1998-2007) u Għalliem fl-Universita’ u s-Seminarju28 ta’ Frar – 9 ta’ Marzu 2014Il-Ġimgħa, 28 ta’ Frar 2014Fl-4.30am nitilqu mill-Ajruport ta’ Tel Aviv lejn il-Muntanja Tabor u żjara fis-Santwarju tat-Trasfigurazzjoni. Ikel u mbagħad ninżlu Nazaret fejn inżuru l-Bażilika tal-Annunzjazzjoni, fejn niċċelebraw il-Quddiesa, id-Dar ta’ San Ġużepp u l-Knisja Ortodossa tal-Arkanġlu Gabrijel. Ikel u rqad f’Nazaret.Is-Sibt, 1 ta’ Marzu 2014Breakfast. Nitilqu lejn Tiberija u l-Għolja tal-Beatitudnijiet. Inżuru s-Santwarju tat-Tkattir tal-Ħobż, fejn ikollna l-Quddiesa, u tal-Primat ta’ Pietru. Żjara f’Kafarnahum u d-Dar ta’ Pietru. Ikel. Naqsmu l-Baħar tal-Galilija u nissoktaw lejn ix-Xmara Ġordan fejn Ġesu’ tgħammel minn Ġwanni l-Battista. Żjara fis-Santwarju ta’ Kana. Ikel u rqad f’Betlehem.Il-Ħadd, 2 ta’ Marzu 2014Breakfast. Żjara fil-Bażilika tat-Twelid ta’ Ġesu’ u, wara l-Quddiesa, inżuru wkoll is-Santwarju tal-Grotta tal-Ħalib. Ikel. Żjara fis-Santwarju tar-Rgħajja u l-Knisja Ortodossa ta’ San Ġorġ f’Bejt Ġalal u mbagħad nitilqu lejn Għajn Karim fejn inżuru s-Santwarju tat-Twelid ta’ San Ġwann Battista u s-Santwarju tal-Viżitazzjoni tal-Verġni Marija lil Eliżabetta. Ikel u rqad f’Betlehem. It-Tnejn, 3 ta’ Marzu 2014Breakfast. Tluq kmieni lejn il-Baħar l-Aħmar, b’waqfiet f’Ġeriko, fil-Qumran tal-Esseni, il-Baħar il-Mejjet. Wasla fil-belt ta’ Eilat. Ikel. Nissoktaw it-Triq lejn l-Eġittu, naqsmu l-fruntiera għas-Sinaj. Ikel u rqad. It-Tlieta, 4 ta’ Marzu 2014Fil-għodi kmieni nitilgħu l-Għolja tas-Sinaj fejn nassistu għat-tlugħ impressjonanti tax-xemx. Inżuru l-Monasteru Ortodoss ta’ Santa Katerina fejn hemm l-eqdem ikoni ta’ Kristu u tal-Madonna. B’San Ġorġ ħdejha u San Pietru. Ikel. Tluq lejn Eilat. Ikel u rqad.L-Erbgħa, 5 ta’ Marzu 2014Breakfast. Nitilqu lejn Ġerusalemm b’waqfa biex inżuru l-Fortizza ta’ Masada. Wasla f’Ġerusalemm. Ikel. Inżuru l-Għolja taż-Żebbuġ bis-Santwarju tal-Axxensjoni u l-knejjes tal-Passjoni tal-Mulej, is-Santwarju Ortodoss tal-Qabar tal-Verġni Marija u l-Bażilika tal-Ġetsemani fejn nagħmlu talb u adorazzjoni ta’ Ras ir-Randan.Il-Ħamis, 6 ta’ Marzu 2014Breakfast. Fil-għodu kmieni nżuru l-Bażilika tal-Qabar ta’ Kristu u tal-Golgota u diversi santwarji tagħha. Ikel. Żjarat fiċ-Ċenaklu, fis-Santwarju tat-Tlugħ tal-Verġni Mqaddsa fis-Sema, il-Kwartier tal-Armeni u l-Bieb ta’ Ġaffa. Il-Ġimgħa, 7 ta’ Marzu 2014Breakfast. Nagħmlu l-Via Sagra tul il-Via Dolorosa. Ħin liberu. Ikel. Inżuru l-Knisja Kroċjata ta’ Sant’Anna, l-Għadira ta’ Siloam u l-Ħajt tal-Punent fejn jiltaqgħu jitolbu l-Lhud. Ikel u rqad. Is-Sibt, 8 ta’ Marzu 2014Breakfast Żjata fil-Mużew Lhudi ta’ Yad Vashem. Ikel. Inżuru Lidda u s-Santwarju Ortodoss tal-Qabar ta’ San Ġorġ. Possibilment nassistu għad-Dħul tal-Patrijarka fis-Santu Sepulkru. Tluq lejn l-Ajruport f’Tel Aviv, u minn hemm lejn Maltafejn naslu .Jista’ jkun hemm xi tibdil fil-programm skond il-bżonn. Il-ħinijiet jingħataw waqt il-pellegrinaġġ.Prezz €1475: Il-prezz jinkludi:(1) Disat ijiem full board, irqad fi kmamar ta’ tnejn f’ħames lukandi. Single suppl: €320.(2) Taxxi kollha tal-ajruporti u tal-fruntiera ma’ l-Eġittu(3) Trasport bil-coach air-conditioned deluxe.(4) Biljetti tad-dħul kullimkien, ħlief għal Masada.(5) Gwida lokali.TOUR LEADER U ANIMATUR SPIRITWALI: Mons Farrugia Ġużeppi, Arċipriet ta’ San Ġorġ (1998-2007), Għalliem tat-Teoloġija fl-Universita’ ta’ Malta u fis-Seminarju ta’ Għawdex, President tal-Kummissjoni tal-Konferenza Episkopali ‘Malta fl-Ewropa’, Project Coordinator tal-Mużew Il-Ħaġar | Heart of Gozo.Għal aktar informazzjoni:Monsinjur Farrugia: curator@heartofgozo.org.mt / josephmfarrugia@gmail.com / 99829191Amministratur, Il-Mużew Il-Ħaġar: info@heartofgozo.org.mt / 79058305